European Union External Action

EEAS RSS Feeds

Displaying 1 - 4 of 4

Ir-rappreżentant Għoli/Viċi President Federica Mogherini ppreżentat it-tielet rapport dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija Globali tal-Unjoni Ewropea, “L-Istrateġija Globali tal-UE fil-Prattika — Tliet snin wara, inħarsu ‘il quddiem”, li se tiġi diskussa mill-Ministri tal-Affarijiet Barranin u tad-Difiża tal-UE fil-Kunsill Affarijiet Barranin tas-17 ta’ Ġunju 2019 fil-Lussemburgu. Ir-rapport jagħti ħarsa lejn il-progress li sar f’dawn l-aħħar tliet snin, mill-preżentazzjoni tal-Istrateġija Globali f’Ġunju 2016, f’ħames oqsma ta’ prijorità — is-sigurtà tal-Unjoni, ir-reżiljenza soċjali u tal-istat fil-Lvant u fin-Nofsinhar tagħna, approċċ integrat għall-kunflitti u l-kriżijiet, ordnijiet reġjonali kooperattivi u l-governanza globali għas-seklu 21 - u jipprovdi orjentazzjonijiet possibbli ‘l quddiem fis-snin li ġejjin.

Id-diżinformazzjoni hija sfida li qed tevolvi, b’potenzjal għoli li tinfluwenza ħażin il-proċessi demokratiċi u d-dibattiti
pubbliċi. L-effetti tagħha dejjem aktar ħżiena fuq is-soċjetà madwar l-Unjoni Ewropea jitolbu approċċ ikkoordinat, konġunt
u sostenibbli biex din tiġi miġġielda b’mod komprensiv.

Illum, ir-Rappreżentant Għoli Federica Mogherini, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, qed tipproponi Faċilità Ewropea għall-Paċi (FEP). Il-FEP hija fond barra mill-baġit li jkopri l-perijodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss, imfassal għall-prevenzjoni tal-konflitti, il-preservazzjoni tal-paċi u t-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali madwar id-dinja, għall-benefiċċju taċ-ċittadini u s-sħab tagħna.