Ir-rwol ta' "Rappreżentant Għoli għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni" nħoloq mit-Trattat ta' Amsterdam, li daħal fis-seħħ fl-1999. Għaxar snin wara, it-Trattat ta' Lisbona espanda r-rwol tiegħu billi żied responsabbiltajiet ġodda sinifikanti. Il-kariga, li minn dakinhar 'il quddiem issejħet "Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni", ġiet estiża wkoll biex tinkludi r-rwol ta' Viċi President tal-Kummissjoni.
Fl-istess ġurnata li t-Trattat ta' Lisbona daħal fis-seħħ - 1 ta' Diċembru 2009 - il-pożizzjoni estiża ta' Rappreżentant Għoli/Viċi President ġiet inawgurata uffiċjalment u l-ewwel persuna li kellha l-kariga – Catherine Ashton – bdiet il-mandat tagħha.