Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi – inpoġġu d-drittijiet tan-nisa u tat-tfajliet fiċ-ċentru tal-irkupru globali għal dinja b'ugwaljanza bejn il-ġeneri

25.11.2020

Illum, il-Kummissjoni u Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ressqu pjanijiet ambizzjużi biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa permezz tal-azzjoni esterna kollha tal-Unjoni Ewropea.