Il-politika lingwistika tas-sit web tas-SEAE hija bbażata fuq dawn it-tliet kriterji li ġejjin:
- kontenut ippubblikat bl-24 lingwa uffiċjali tal-UE, pereż. id-Dikjarazzjonijiet f’isem l-UE, il-Konklużjonijiet tal-Kunsill, it-taqsima “About us” (Dwarna)
- kontenut ippubblikat bl-Ingliż u bil-Franċiż biss, pereż. Dikjarazzjonijiet mir-Rappreżentant Għoli / Viċi President u mill-Kelliema
- kontenut ippubblikat bl-Ingliż u bi kwalunkwe lingwa rilevanti oħra, pereż. Stqarrijiet għall-istampa, dikjarazzjonijiet għall-istampa, diskorsi u rimarki, posts fi blogs mir-Rappreżentant Għoli/Viċi President, ċerti funzjonalitajiet tal-web
- Is-siti web tad-Delegazzjonijiet tas-SEAE għall-pajjiżi terzi, il-Missjonijiet u l-Operazzjonijiet militari u ċivili u l-Missjonijiet ta’ Osservazzjoni Elettorali, ospitati fuq is-sit web tas-SEAE, jipprovdu informazzjoni bl-Ingliż u bil-lingwa/i lokali tal-pajjiżi rispettivi. Id-dikjarazzjonijiet għall-istampa lokali normalment ikunu b’lingwa uffiċjali tal-UE waħda u bil-lingwa lokali.
- Is-SEAE jopera wkoll sit web bir-Russu.
- Il-lingwa li biha l-utenti jkunu qed jaraw is-sit web hija indikata fuq nett ta’ kull paġna web. Meta l-utenti jagħfsu fuq l-ikona jkunu jistgħu jibdlu l-lingwa. Hemm speċifikata l-lingwa li biha paġna web tkun disponibbli.
- Fuq dan is-sit web jiġi miżjud u aġġornat kontenut ġdid il-ħin kollu. Dan ifisser li jekk traduzzjoni ma tkunx disponibbli, jista’ jagħti l-każ li tkun għadha sempliċiment qed tiġi tradotta. Aħna nippubblikaw it-traduzzjonijiet hekk kif isiru disponibbli.
- Is-sit web tas-SEAE se jadotta b’mod progressiv l-approċċ li ġej:
- L-informazzjoni sempliċi u għat-tul immirata għall-pubbliku inġenerali se tiġi offruta gradwalment bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE, apparti l-lingwa/i rilevanti l-oħra skont min ikunu l-qarrejja.
- Se jiġi kkunsidrat l-użu tat-traduzzjoni awtomatizzata għal-lingwi uffiċjali tal-UE għat-testi informattivi dment li l-utent ikun infurmat b’mod dovut bil-proċess.
- L-informazzjoni li tkun tgħodd għal ftit żmien jew li tkun speċjalizzata ferm, ġeneralment tidher bi ftit lingwi, jew anki b’lingwa waħda, skont l-udjenza.