Matul dawn l-aħħar għaxar snin, l-Unjoni Ewropea (UE) kompliet issaħħaħ ir-relazzjonijiet bilaterali tagħha ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati jew bi dħul għoli, speċjalment fl-Amerika ta' Fuq, il-Lvant tal-Asja, ix-Xlokk tal-Asja, u r-reġjun tal-Golf.
L-għan tal-istrument finanzjarju għall-kooperazzjoni għall-perjodu 2007-2013 hu li jippromwovi kooperazzjoni msaħħa bejn l-Unjoni Ewropea (UE) u pajjiżi industrijalizzati u bi dħul għoli. Il-Komunità Ewropea għandha l-intenzjoni li tapprofondixxi r-relazzjonijiet bilaterali mal-pajjiżi industrijalizzati u bi dħul għoli sabiex isaħħaħ ir-rwol u l-istat tal-UE fid-dinja, ħalli tikkonsolida l-istituzzjonijiet multilaterali u biex tagħti kontribut fil-bilanċ tal-ekonomija dinjija u s-sistema internazzjonali. Dawn l-oqsma jinġabru fi tliet kategoriji ewlenin:
: sabiex tissaħħaħ il-viżibbiltà tal-UE u sabiex il-politiki tal-UE jinftehmu aħjar.
: sabiex tiġi kkonsolidata l-preżenza tal-kumpaniji tal-UE fi swieq li huma essenzjali li jidħlu fihom.
: sabiex jissaħħaħ il-ftehim reċiproku permezz tal-kooperazzjoni fl-edukazzjoni u d-djalogi tas-soċjetà ċivili.L-ICI jiġi implimentat kull sena fil-qafas tal-Programmi Multiannwali għall-kooperazzjoni (MAP's) fir-reġjuni jew fil-pajjiżi tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Programmi Annwali ta' Azzjoni fir-reġjuni jew fil-pajjiżi (AAP's) imbagħad jiġu adottati u jipprovdu deskrizzjoni tal-proġetti, il-baġits u l-iskeda indikattiva. €172 miljun ġew allokati għall-perjodu 2007-2013 u €77,645 miljun huwa mistenni għall-2011-2013 (madwar €26 miljun fis-sena).