L-UE u d-drittijiet tal-bniedem

AħbarijietRSS

  • 24/07/2014
    1 65744 1 _blank Statement by the Spokesperson on the recent executions in Singapore Statement by the Spokesperson on the recent executions in Singapore /statements/docs/2014/140724_02_en.pdf 07/24/2014 19:10:00 07/24/2014 19:10:00 07/24/2014 19:10:00 nulldate 2014072419 090126248c5b03f8 N 090126248c5b03f8 /statements/docs/2014/140724_02_en.pdf 587282 pdf N /statements/docs/2014/140724_02_mt.pdf 1 /statements/docs/2014/140724_02_en.pdf /statements/docs/2014/140724_02_zz.pdf N ID_INTERNAL N N
    Statement by the Spokesperson on the recent executions in Singapore pdf - 574 KB [574 KB] English (en)
  • 04/07/2014
    48 65744 1 _blank EU-Ukraine Human Rights Dialogue EU-Ukraine Human Rights Dialogue /statements/docs/2014/140704_02_en.pdf 07/04/2014 22:00:00 07/04/2014 22:00:00 07/04/2014 22:00:00 nulldate 2014070422 090126248c3c51d2 N 090126248c3c51d2 /statements/docs/2014/140704_02_en.pdf 316930 pdf N /statements/docs/2014/140704_02_mt.pdf 2 /statements/docs/2014/140704_02_en.pdf /statements/docs/2014/140704_02_fr.pdf /statements/docs/2014/140704_02_zz.pdf N ID_INTERNAL N N
    EU-Ukraine Human Rights Dialogue pdf - 310 KB [310 KB] English (en) français (fr)
  • 01/07/2014
    53 65744 1 _blank EU Special Representative for Human Rights Lambrinidis meets Belarusian human rights defender Ales Bialiatski EU Special Representative for Human Rights Lambrinidis meets Belarusian human rights defender Ales Bialiatski /statements/docs/2014/140701_03_en.pdf 07/01/2014 18:10:00 07/01/2014 18:10:00 07/01/2014 18:10:00 nulldate 2014070118 090126248c35d142 N 090126248c35d142 /statements/docs/2014/140701_03_en.pdf 357290 pdf N /statements/docs/2014/140701_03_mt.pdf 2 /statements/docs/2014/140701_03_en.pdf /statements/docs/2014/140701_03_fr.pdf /statements/docs/2014/140701_03_zz.pdf N ID_INTERNAL N N
    EU Special Representative for Human Rights Lambrinidis meets Belarusian human rights defender Ales Bialiatski pdf - 349 KB [349 KB] English (en) français (fr)

Aktar Aħbarijiet

L-UE u d-drittijiet tal-bniedem © EUL-UE u d-drittijiet tal-bniedem © EU

L-Unjoni Ewropea tħares lejn id-drittijiet tal-bniedem bħala universali u indiviżibbli. Hi tiddefendihom u ġġibhom 'il quddiem b'mod attiv kemm 'il ġewwa mill-fruntieri tagħha u kif ukoll fejn jidħlu r-relazzjonijiet tagħha ma' pajjiżi oħra li mhumiex fl-UE.

Id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt huma valuri ewlenin tal-Unjoni Ewropea. Filwaqt li kienu integrati fit-trattat li bih twaqqfet l-UE, dawn ġew infurzati mill-ġdid meta l-UE adottat il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fl-2000, u komplew jissaħħu meta l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali saret torbot legalment mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-2009.

Il-pajjiżi li jfittxu li jissieħbu fl-UE jridu jirrispettaw id-drittjiet tal-bniedem. U l-ftehimiet kollha dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi fihom klawżola li tistipula li d-drittijiet tal-bniedem huma element essenzjali fir-relazzjonijiet bejn il-partijiet.

Il-politika tad-drittijiet tal-bniedem tal-Unjoni tiġbor fiha drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali. Hija tfittex ukoll li ġġib 'il quddiem id-drittijiet tan-nisa, tat-tfal, tal-persuni li jinsabu f'minoranzi u tar-refuġjati.

B'baġit ta' €1.1 biljun bejn l-2007 u l-2013, l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem isostni l-organizzazzjonijiet mhux governattivi. B'mod partikolari jsostni lil dawk li jtejbu d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt; ineħħi l-piena tal-mewt; jiġġieled it-tortura; u jiġġieled ir-razziżmu u forom oħra ta' diskriminazzjoni.

Il-Kunsill tal-UE adotta r-Rapport annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, li jkopri l-azzjonijiet esterni tal-UE fl-isfera tad-drittijiet tal-bniedem fl-2012. Wara l-adozzjoni tal-Qafas Strateġiku tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fil-25 ta' Ġunju 2012 , ir-Rapport annwali ġie ristrutturat biex juri l-progress fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni. It-tieni parti li tkopri azzjonijiet tal-UE f’pajjiżi terzi hi mistennija li tkun ippubblikata f’Settembru.

format tal-fajl pdf:

csdadeeletfififrhuitlvlvmtnlplptskslsv

 

 

Rappreżentant Speċjali tal-UE (RSUE) għad-Drittijiet tal-Bniedem: Is-Sur Stavros Lambrinidis

Is-Sur Stavros LambrinidisImwieled f'Ateni, is-Sur Stavros Lambrinidis hu avukat, eks Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Greċja u eks Viċi President tal-Parlament Ewropew. Bejn l-2004 u l-2009 serva bħala Viċi President tal-Kumitat dwar il-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni tal-Parlament. Aktar kmieni matul il-karriera tiegħu kien President tal-Kumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem fil-Bar Association ta' Washington, D.C.

Hu ħa l-kariga bħala RSUE fl-1 ta’ Settembru 2012, b’mandat inizjali sat-30 ta’ Ġunju, 2014. Ir-rwol tiegħu hu li jtejjeb l-effikaċja u l-viżibbiltà tal-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem.

Kont Twitter: @SJLambrinidis

Programm ta’ RSUE - Frar 2013