Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà

AħbarijietRSS

Aktar Aħbarijiet

Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Politika tal-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà/Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea

F'Novembru 2009 Catherine Ashton inħatret bħala l-ewwel Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Politika tal-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà/Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea (HR/VP).

Din il-kariga ġdida nħolqot skont it-Trattat ta' Lisbona u l-persuna li għandha din il-pożizzjoni hi responsabbli biex tikkoordina l-politika Komuni għall-affarijiet barranin u s-sigurtà tal-UE. Il-kariga tgħaqqad flimkien dawk li qabel kienu funzjonijiet separati – biex il-politika esterna tal-UE tkun aktar konsistenti u koerenti.

Ir-Rappreżentant Għoli/Viċi-President hi megħjuna f'xogħolha mis-Servizz għall-Azzjoni Esterna Ewropea (EEAS), ifformat fl-1 ta' Jannar 2011 bl-għaqda tad-dipartimenti għall-politika esterna tal-Kummissjoni u tal-Kunsill u bl-involviment ta' diplomati minn servizzi diplomatiċi nazzjonali.

Il-portafoll tagħha jinkludi varjetà wiesgħa ta' xogħol:

  • diplomazija tradizzjonali
  • koordinazzjoni ta' għodod oħrajn għall-politika esterna – għajnuna għall-iżvilupp, il-kummerċ, l-għajnuna umanitarja u rispons għall-kriżijiet
  • bini ta' kunsens bejn 27 pajjiż tal-UE u l-prijoritajiet rispettivi tagħhom – ta' spiss permezz ta' laqgħat ta' kull xahar bejn il-ministri barranin tal-UE – ippreseduti minnha
  • tattendi l-laqgħat regolari tal-mexxejja tal-pajjiżi tal-UE fil-Kunsill Ewropew
  • tirrappreżenta lill-UE f'forums internazzjonali bħan-Nazzjonijiet Uniti
  • tmexxi l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u l-Istitut tal-UE għall-Istudji tas-Sigurtà.

 

Kummissarju għall-Kummerċ tal-UE

Qabel ma ħadet il-kariga attwali tagħha, Catherine Ashton kienet il-membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-kummerċ.

Hi mexxiet negozjati ewlenin dwar il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles mal-Korea, finalizzat f'Ottubru 2009, u solviet għadd ta' tilwim kummerċjali importanti ma' partners kummerċjali ewlenin. Hi ddefendiet ukoll il-kummerċ bħala mezz biex ikun promoss l-iżvilupp madwar id-dinja, billi poġġiet ir-relazzjoni ekonomika tal-UE mal-pajjiżi tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (AKP) fuq bażi aktar soda.

Catherine Ashton irrappreżentat ukoll lill-UE fir-Rawnd ta' Doha tat-taħdidiet dwar il-kummerċ dinji u bniet relazzjonijiet bilaterali b'saħħithom għall-kummerċ u l-investiment.

Karriera politika fir-Renju Unit

Fl-1999 hi nħatret Labour peer għal ħajjitha bħala riżultat ta' xogħolha fil-bini ta' komunitajiet.

F'Ġunju 2001 inħatret Sotto-Segretarja Parlamentari tal-Istat fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni u l-Kapaċitajiet. Fl-2002 hi kienet responsabbli għall-inizjattiva "Sure Start" fl-istess dipartiment.

F'Settembru 2004, is-Sinjura Ashton inħatret Sotto-Segretarja Parlamentari fid-Dipartiment għall-Affarijiet Kostituzzjonali.

Fl-2005 ġiet ivvotata bħala "Ministru tas-Sena" minn The House Magazine u "Peer of the Year" minn Channel 4. Fl-2006 rebħet il-premju "Politiku tas-Sena" waqt l-iStonewall Awards annwali.

F'Ġunju 2007 Catherine Ashton inħatret fil-Kabinett tal-Gvern Laburista Ingliż bħala Mexxej tal-Kamra Għolja Parlamentari, tal-House of Lords.

Edukazzjoni

Hi studjat f'Upholland Grammar School f'Billinge Higher End, Lancashire, imbagħad f'Wigan Mining and Technical College. Wara Ashton kompliet tistudja f'Bedford College, Londra. Hi ggradwat b'BSc fis-Soċjoloġija fl-1977.

Ħajja privata

Catherine Ashton twieldet f'Lancashire, l-Ingilterra fl-20 ta' Marzu 1956, hi miżżewġa u għandha żewġt itfal u tliet neputijiet.

Aġenda tar-Rappreżentant GħoliRSS

  • 29/08/2014
    1 12015 1 _blank Agenda of High Representative Catherine Ashton Week of 1 September 2014 Agenda of High Representative Catherine Ashton Week of 1 September 2014 08/29/2014 11:42:00 08/29/2014 11:42:00 08/29/2014 11:42:00 nulldate 2014082911 090126248c8cae75 N 090126248c8cae75 /agenda/2014/140901_ashton_agenda.pdf 451156 pdf Y /agenda/2014/140901_ashton_agenda.pdf /agenda/2014/140901_ashton_agenda_zz.pdf N ID_INTERNAL N N
    Agenda of High Representative Catherine Ashton Week of 1 September 2014 pdf - 441 KB [441 KB]
  • 22/08/2014
    2 12015 1 _blank Agenda of High Representative Catherine Ashton Week of 25 August 2014 Agenda of High Representative Catherine Ashton Week of 25 August 2014 08/22/2014 16:21:00 08/22/2014 16:21:00 08/22/2014 16:21:00 nulldate 2014082216 090126248c82a21b N 090126248c82c42d /agenda/2014/140825_ashton_agenda.pdf 488493 pdf Y /agenda/2014/140825_ashton_agenda.pdf /agenda/2014/140825_ashton_agenda_zz.pdf N ID_INTERNAL N N
    Agenda of High Representative Catherine Ashton Week of 25 August 2014 pdf - 478 KB [478 KB]
  • 14/08/2014
    Extraordinary Foreign Affairs Council, 15 August 2014pdf

Aktar avvenimenti

  • Ipprintja
  • Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha
  • Kabbar id-daqs b'150 fil-mija
  • Kabbar id-daqs b'200 fil-mija